L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Novembru
20/11/2024Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Apok 4:1-11
Salm: 150:1-2,3-4,5-6
L-Evanġelju: Lq 19:11-28
F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi.’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu: ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna.’ Ġara li, meta ħa s-saltna u raġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu… Kompli aqra »