Arkivji mensili: Novembru 2024

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 1:1-4; 2:1-5a
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 18:35-43

Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!”

Ġesù waqaf u ordna li jressquhulu quddiemu… Kompli aqra »

L-appuntament mal-Mulej f’mewtna se jkun mument ta’ mħabba u verità – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tmien Jum Dinji tal-Faqar

  Il-kappella tad-dar tal-anzjani tal-Knisja, Casa Leone XIII, San Ġiljan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-qari mill-Evanġelju ta’ San Mark, li qegħdin intemmu (is-sena d-dieħla, li nibdew ħmistax oħra, naqraw l-Evanġelju skont San Luqa) jitkellem dwar l-aħħar żminijiet. U Ġesù, qisu jinseġ żewġ affarijiet f’daqqa: it-tmiem ta’ Ġerusalemm, ta’ din il-belt tant għażiża għalih u għal-Lhud kollha, u tmiem id-dinja.

It-tmiem ta’ Ġerusalemm kienet xi ħaġa li qabel saret din it-traġedja kbira fis-sena 70WK, prattikament ftit inqas minn 40 sena wara l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, wara li qed jgħid dan id-diskors… Kompli aqra »

Qalb mimlija mħabba

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

Dilexit Nos (He Loved Us), the encyclical Pope Francis published just over three weeks ago, focuses on the profound significance of love as the core of Christian life. It emphasises the heart’s role in shaping true intentions and desires, inviting us to explore the depths of our relationship with God and with one another… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd fil-Jum Dinji tal-Foqra – 17 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Casa Leone, San Ġiljan

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Novembru

It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 12:1-3
Salm: 15(16):5,8,9-10,11
It-Tieni Qari: Lhud 10:11-14,18

L-Evanġelju: Mk 13:24-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wara jiem ta’ dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu. Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qawwa kbira u bi glorja… Kompli aqra »

Imnedija kollaborazzjoni tal-Milied bejn The New Victorians u d-Delegat tal-Arċisqof għall-Kultura

A collaboration between The New Victorians and The Archbishop’s Delegate for Culture has launched today in the form of a project that will see the sister duo accompanied by a multicultural choir perform in front of audiences in churches across Malta.

This project, which called The Christmas Chapel Hop, has become a tradition with The New Victorians having performed and produced two runs of their tour of concerts in different Chapels around Malta throughout the festive season over the past few years… Kompli aqra »

Il-ġudizzju tal-Mulej se jkun favur il-foqra – Il-Papa

Messaġġ tal‑Qdusija Tiegħu Papa Franġisku għat‑tmien Jum Dinji tal‑Faqar

“It‑talba tal‑fqir minn fommu għal widnejn Alla” (Bin Sirak 21:5)

Għeżież ħuti,

1. It‑talba tal‑fqir minn fommu għal widnejn Alla (ara Bin Sirak 21,5). F’din is‑sena ddedikata għat‑talb b’antiċipazzjoni tal‑Ġublew Ordinarju tal‑2025, din l‑espressjoni ta’ għerf bibliku toqgħod ħafna hekk kif inħejju għat‑Tmien Jum Dinji tal‑Foqra, li se jiġi osservat fis‑17 ta’ Novembru. It‑tama Nisranija tħaddan ukoll iċ‑ċertezza li t‑talb tagħna jasal quddiem Alla; mhux kull talb, imma pjuttost it‑talb tal‑foqra! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 3 Ġw:5-8
Salm: 111 (112):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 18:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’ Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal: ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.’”

U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid l-imħallef il-ħażin… Kompli aqra »

Il-ħsieb tal-mewt iġagħlek tgħix il-ħajja ta’ nies – L-Arċisqof

  Il-Kappella ta' Santa Marija Addolarata fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħsieb qasir ispirat minn din il-kelma ta’ tama li jagħtina Ġesù stess. Aħna qegħdin f’post tan-niket. Qabel bdejna din il-quddiesa, jien u nersaq lejn din il-kappella għażiża, rajt familja qed tidfen xi ħadd għażiż.

Din hi l-istorja ta’ kuljum f’dan il-post. Dan hu l-post fejn aħna ninġabru bid-dmugħ f’għajnejna biex nagħtu l-aħar tislima lill-fdalijiet tal-maħbubin tagħna, tal-qraba tagħna… Kompli aqra »