Arkivji mensili: Novembru 2024

Laqgħa Annwali għall-Katekisti tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2024, saret il-laqgħa annwali tal-katekisti kollha tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fl-Awditorju tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) fil-Blata l-Bajda. Għal din il-laqgħa ħadu sehem mijiet ta’ katekisti minn diversi parroċċi u komunitajiet madwar Malta.

Wara l-introduzzjoni li saret minn Rev. Dr David Torpiano, Delegat tal-Arċisqof għall-Katekeżi, l-Arċisqof Emeritu George Frendo OP qasam riflessjoni dwar it-tema tal-laqgħa li kienet: “Nagħtu raġuni tat-tama li hemm fina” (ara 1 Pt 3:8-17)… Kompli aqra »

1,817 post vakanti għal studenti fl-Iskejjel tal-Knisja

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika 2025‑2026 jinsabu fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt.

B’kollox hemm 1,817 post vakanti għall‑istudenti (1,577 f’Malta u 240 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ għal Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn il‑21 u t-28 ta’ Novembru 2024.  L-“applikazzjoni tard” se jintlaqgħu bejn il-5 u t-12 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

Quddiesa miċ-Ċimiterju tal-Addolorata – 15 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella Prinċipali taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Ġw:4-9
Salm: 118 (119):1,2,10,11,17,18

L-Evanġelju: Lq 17:26-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll. L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll… Kompli aqra »

Studenti tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl iservu lin-nies bla dar f’Ruma

Matul il-vaganzi ta’ Novembru, grupp ta’ studenti tal-5 sena tas-sekondarja mill-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, akkumpanjati minn saċerdoti tal-MSSP għamlu xogħol volontarju għal ħamest ijiem f’Ruma mal-komunitajiet ta’ nies li sfaw bla dar.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-istudenti tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl flimkien ma’ studenti mis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof kellhom l-opportunità li jgħixu l-messaġġ tal-Vanġelu, “bħalma għamiltu intom mal-inqas fost ħuti, għamiltu miegħi” (Mattew 25:40)… Kompli aqra »

Quddiesa ta’ barka speċjali għall-ommijiet tqal u familji ġodda

Fil-parroċċa ta’ Marsaskala kull 4 xhur issir quddiesa speċjali għall-koppji li qed jistennew tarbija sabiex jitolbu barka fuq l-omm u t-tarbija fil-ġuf tagħha bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li tħares lill-ommijiet u t-trabi fil-ġuf.

Il-quddiesa li jmiss se ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru fil-11:30am fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn. 

Hemm ukoll tradizzjoni li tinxtegħel xemgħa ta’ Sant’Anna waqt il-ħlas, bħala talba biex Sant’Anna tingħaqad fit-talb għan-nisa li se jsiru ommijiet… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Novembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil:7-20
Salm: 145 (146):7,8-9a,9bċ-10

L-Evanġelju: Lq 17:20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: ‘Arawha, hawn’, jew: ‘Hemm’, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

Is-Santa Sede lil COP29: L-indifferenza hi kompliċi tal-inġustizzja

Representing the Holy See at COP29 in Baku, Azerbaijan, Cardinal Pietro Parolin stressed that “the scientific data available to us do not allow any further delay and make it clear that the preservation of creation is one of the most urgent issues of our time and we have to recognise that it is closely interrelated with the preservation of peace”.

The selfishness of individuals and groups

Speaking on behalf of Pope Francis at the United Nations’ 29th Climate Conference (COP29), the Cardinal Secretary of State emphasised that COP29 takes in a context conditioned by “growing disillusionment with multilateral institutions and dangerous tendencies to build walls”… Kompli aqra »

L-Arċisqof iwaqqaf Vigarjat Episkopali ġdid għall-kordinament pastorali

Dun Andrè Zaffarese

L‑Arċisqof Charles Scicluna waqqaf Vigarjat Episkopali ġdid għall‑Kordinament Pastorali, bil-għan li jiġu implimentati l‑viżjoni u l‑prijoritajiet tal‑Knisja f’Malta.

Dun Andrè Zaffarese, li għandu 41 sena, ingħata din il‑kariga fid‑dawl tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li ntemm f’Ottubru li għadda, fejn il‑Papa Franġisku enfasizza fuq l‑importanza tas‑sinodalità fil‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja.

Il‑Vigarjat se jkun responsabbli biex jgħin lill‑Isqfijiet fil‑kordinament tal‑ħajja u l‑ħidma pastorali fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, b’ħidma kontinwa mal‑vigarji u d‑delegati l‑oħra tal‑Arċisqof li jieħdu ħsieb id‑diversi ħidmiet u ħtiġijiet tal‑Knisja… Kompli aqra »