It-tama tagħna hi Ġesù – L-Arċisqof fil-ftuħ tal-Ġublew 2025
Quddiesa fil-ftuħ tal-Ġublew 2025 fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema ‘Pellegrini tat‑Tama’
29/12/2024 Il-Katidral ta' San Pawl, l-ImdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għeżież, “araw b’liema għożża ħabbna l-Missier; nistgħu nissejħu wlied Alla, u hekk aħna tassew” (1 Ġw 3:1). Din il-kelma tal-Appostlu San Ġwann, fl-ewwel ittra tiegħu, tkun ta’ kuraġġ għalina, aħna u nibdew il-Ġublew Imqaddes tas-sena 2025. Ġublew, li l-Papa jixtieqna li fih nikbru bħala pellegrini ta’ tama. Il-pellegrin hu bniedem f’mixja; il-pellegrin ta’ tama jaf li hemm wegħda, kelma, li mhux se tonqos, u li mhux se tqarraq bih… Kompli aqra »