Arkivji mensili: Frar 2025

Il-Knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja se ssir parti mill-esperjenza tal-viżitatur tal-MUŻA

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u Heritage Malta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim (MoU) importanti biex tiġi restawrata l‑Knisja ta’ Santa Katerina tal‑Italja fil‑Belt Valletta u jinfetaħ l‑aċċess pubbliku għaliha mill‑MUŻA – il‑Mużew Nazzjonali tal‑Arti tal‑Komunità.

Il‑ftehim jirrifletti r‑rieda komuni taż‑żewġ entitajiet li jestendu l‑opportunitajiet għall‑pubbliku biex japprezza din il‑binja ikonika ta’ żmien il‑Kavallieri fil‑kapitali, li bħalissa sservi bħala l‑knisja parrokkjali tal‑komunità Taljana f’Malta. Lil hinn mill‑funzjonijiet reliġjużi, Santa Katerina tal‑Italja hija wkoll l‑uniku eżempju li għadu jeżisti ta’ knisja ta’ żmien il‑Kavallieri mqabbda mal‑berġa tagħha, f’dan il‑każ il‑Berġa tal‑Italja, fejn illum hemm il‑MUŻA… Kompli aqra »

Titfakkar il-100 sena mill-bidu tal-Ġiżwiti Maltin fl-Indja

Ritratt: Times of Malta

Aktar minn 100 sena ilu, żewġ Ġiżwiti Maltin tal-Provinċja Siċiljana tal-Kumpanija ta’ Ġesù marru lejn l-Indja biex iwasslu l-missjoni tagħhom bħala reliġjużi f’din l-art.

Sabiex wieħed isir Ġiżwita, huwa meħtieġ li jieħu erba’ voti: tal-faqar, tal-kastità, tal-ubbidjenza, bir-raba’ vot speċifikat għall-ubbidjenza fir-rigward tal-missjoni madwar id-dinja.

F’Ottubru tal-1924, il-Maltin Patri Anton DeBono u l-istudent Bernard Bugeja, flimkien ma’ student Ġiżwita ieħor Siċiljan Giuseppe Cordaro ħallew l-Ewropa biex marru lejn dan il-pajjiż enormi li jinsab madwar 6,356 kilmoetru ‘l bogħod mill-gżejjer Mediterranji… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 6:5-17
Salm: 118(119):12,16,18,27,34,35

L-Evanġelju: Mk 10:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq minn Kafarnahum u mar fl-art tal-Lhudija u ’l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa’ qabad jgħallimhom.

Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?”. Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha”… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna f’Marzu 2025

Matul ix‑xahar ta’ Marzu, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet f’dawn il‑ġranet:

Is‑Sibt 1 ta’ Marzu fis‑6:30pm, l‑Arċisqof jiddedika l‑Knisja Parrokkjali Marija Immakulata Omm il‑Knisja f’Tal‑Ibraġ waqt quddiesa li fiha jikkonsagra l-artal u l-knisja… Kompli aqra »

Papa Franġisku: Ejjew nimxu fuq l-eżempju ta’ Xmun u Anna, pellegrini tat-tama

Ikona Armena tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju

Għeżież ħuti,

Illum nikkontemplaw il-ġmiel ta’ “Ġesù Kristu t-tama tagħna” (1 Tim 1:1) fil-misteru tal-preżentazzjoni tiegħu fit-Tempju.

Fir-rakkonti tal-infanzja ta’ Ġesù, l-evanġelista Luqa jurina l-ubbidjenza ta’ Marija u Ġużeppi għal-Liġi tal-Mulej u għall-preskrizzjonijiet kollha tagħha. Fir-realtà, f’Iżrael ma kienx hemm l-obbligu li jippreżentaw it-tarbija fit-Tempju, imma min kien jgħix fis-smigħ tal-Kelma tal-Mulej u xtaq jitwaħħad magħha, din kien iqisha prassi prezzjuża… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 5:1-10
Salm: 1:1-2,3,4,6

L-Evanġelju:  Mk 9:41-50

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar.

U jekk idek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli tmur b’idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jwitti t-triq għal qaddisin ġodda

Servant of God Emilio Joseph Kapaun 

In an audience granted to Cardinal Secretary of State Pietro Parolin, and Archbishop Edgar Peña Parra, Substitute for General Affairs, Pope Francis authorized the Dicastery for the Causes of Saints to promulgate various Decrees concerning those on the path to sainthood.

The Holy Father recognized the “offering of life” of the Servants of God, Fr Emil Joseph Kapaun, who served as a United States Army chaplain during World War II and the Korean War; and Italian layman Salvo D’Acquisto… Kompli aqra »

“Hemm bżonn inkunu konxji aktar tad-djalogu bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa”

Il-Metropolitan tal-Ortodossi tal-Lvant Job Getch, li hu l-Kopresident tal-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali għad-Djalogu bejn il-Knisja Kattolika Rumana u l-Knisja Ortodossa, kien qed jieħu sehem f’sessjoni pubblika li saret Malta li fiha aġġorna lill-pubbliku preżenti fuq l-aħħar żviluppi li għaddejjin bejn dawn iż-żewġ Knejjes.

F’kummenti lil Newsbook Malta Getcha saħaq li hemm bżonn inkunu nafu aktar dwar dan id-djalogu li qed isir. Hu spjega li l-ħidma ilha ssir mill-1979 u kien hemm seba’ dokumenti li qablu fuqhom… Kompli aqra »