Arkivji mensili: Frar 2025

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12:1-4
Salm: 21 (22):26b-27,28 u 30,31-32

L-Evanġelju: Mk 5:21-43

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”… Kompli aqra »

Il-President ta’ Malta tagħmel l-ewwel żjara uffiċċjali tagħha fid-Dar tal-Providenza

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Il-President ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono, għamlet l-ewwel żjara uffiċċjali tagħha fid-Dar tal-Providenza u f’messaġġ li ħalliet fil-ktieb tal-viżitaturi qalet, “Jalla l-wens u l-faraġ imbierek li jinxtered permezz ta’ din l-opra ta’ mħabba jġib dejjem fuq quddiem it-tajjeb kollu f’kull bniedem.” Hija esprimiet il-ferħ tagħha fl-ewwel żjara uffiċċjali tagħha fid-Dar tas-Siġġiewi, li hija ddeskriviet bħala l-opra tajba ta’ Mons… Kompli aqra »

Dawl biex idawwal lill-ġnus – L‑Isqof Galea‑Curmi

Omelija fil-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dawl biex idawwal il-ġnus” (Lq 2:32). Dan huwa l-kliem li jgħid Xmun fit-tempju, u huwa l-kliem li jiġbor it-tifsira tal-festa li qed niċċelebraw illum.

Hi l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, ġrajja ta’ importanza fl-Istorja tas-Salvazzjoni. Din il-festa, iċċelebrata erbgħin jum wara l-Milied, tfakkar il-mument meta Marija u Ġużeppi jġibu lit-tarbija Ġesù fit-Tempju ta’ Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, skont il-Liġi Lhudija. Hawnhekk jiltaqgħu ma’ Xmun u Anna, żewġ qaddejja ta’ Alla li jagħrfu f’Ġesù l-Messija tant mistenni… Kompli aqra »

Applikazzjonijiet għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex 2025-2026

Għada t-Tlieta, 4 ta’ Frar 2025, se jiftħu l‑applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 840 (771 f’Malta u 69 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn it-Tlieta l‑4 u l-Ħamis it‑13 ta’ Frar, kif ukoll bejn il-Ħamis l‑20 u l-Ħamis is‑27 ta’ Frar 2025… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: “Ġesù hu s-salvazzjoni u d-dawl tagħna”

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, happy Sunday!

Today the Gospel of the liturgy (Lk 2:22-40) tells us about Mary and Joseph who take the infant Jesus to the Temple of Jerusalem. In accordance with the Law, they present Him in God’s dwelling, to recall that life comes from the Lord. And while the Holy Family carries out what was always done among the people of Israel, from generation to generation, something happens that had never occurred before… Kompli aqra »

Xahar ta’ attivitajiet kulturali fl-Oratorji tal-Ġiżwiti fi Frar

L-Oratorji tal-Ġiżwiti qed joffru xahar ieħor t’attivitajiet kulturali li jinkludu taħlita ta’ arti, mużika, storja u filosofija.

Il-Ħadd 2 ta’ Frar, Pietre Vive se jorganizzaw żjarat gwidati fl-Oratorji. Bejn it-3:00pm u s-6:00pm, il-pubbliku jista’ jiskopri dawn l-ispazji storiċi minn perspettivi artistiċi u spiritwali ġodda. Iż-żjarat huma b’xejn u mingħajr reġistrazzjoni iżda l-postijiet huma limitati.

Nhar il-Ħamis 6 ta’ Frar fis-7:30pm, l-Oratorji ser jospitaw kunċert ta’ mużika vokali Franċiża… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:32-40
Salm: 30 (31):20,21,22,23,24

L-Evanġelju: Mark 5:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »

Nagħżlu l-ħajja – L‑Isqof Galea‑Curmi

Omelija f'Jum il-Ħajja

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ħajja hija mimlija għażliet li rridu nagħmlu. Imma aħna lkoll li qegħdin hawn irċevejna l-ħajja u twelidna mhux b’għażla tagħna, imma għax kien hemm il-ġenituri tagħna li għażlu l-ħajja. Kien hemm min ħa ħsiebna b’għożża minn qabel twelidna, u wara. Għal dawn il-persuni aħna għandna biss gratitudni kbira.

Imma l-gratitudni hija akbar għax rawmuna f’ambjent li jgħożż il-ħajja. Minn meta konna żgħar, fost il-valuri prinċipali li wrewna u li għallmuna, kien hemm l-apprezzament tal-ħajja u tad-dinjità ta’ kull bniedem… Kompli aqra »