Arkivji mensili: Frar 2025

Żerriegħa tat-tama – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qisha żerriegħa tal-mustarda” (Mk 4:31). Dan hu l-kliem li juża Ġesù fl-Evanġelju skont San Mark illum meta jitkellem fuq is-Saltna ta’ Alla. Fiż-żewġ parabboli li jgħid, fit-tnejn li huma hemm din “iż-żerriegħa”. Mal-ewwel jolqtok kif Ġesù, biex jispjega s-Saltna ta’ Alla, li hi xi ħaġa kbira, jitkellem fuq iż-żerriegħa.

Huwa kliem li lilna għandu jagħtina ħafna inkoraġġiment. Għax hawnhekk Ġesù qed jitkellem fuq il-ħajja tagħna Nisranija, u wkoll fuq il-ħajja tal-komunità Nisranija li hija l-Knisja… Kompli aqra »

Alla hu sid il-ħajja li jagħtina d-don ta’ ħajja ġdida – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Ħajja, Jum il-Ħajja Kkonsagrata u fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju

  Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC), l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hija laqgħa sabiħa, din il-laqgħa li qed niċċelebraw illum, laqgħa ta’ koppja żagħżugħa u tarbija ta’ 40 jum, u żewġ persuni anzjani: Xmun u Anna. Hemm il-laqgħa ta’ diversi ġenerazzjonijiet. Il-familja ta’ Nazaret, ta’ Ġużeppi u Marija, jobdu l-liġi ta’ Mosè; smajna fl-ewwel qari l-għeruq ta’ din il-liġi, li kienet liġi li qed tiċċelebra l-ħelsien li jagħtina Alla. U bħala offerta ta’ dan il-ħelsien kull familja kienet tippreżenta l-ewwel tarbija lil Alla, bħala radd il-ħajr tad-don tal-ulied imma wkoll bħala turija tal-fatt li l-ħajja hi don ta’ Alla, u li aħna nirċevuh mingħand Alla… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Ħajja – 2 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, l-Isptar Mater Dei

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Frar

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4
Salm: 23:7-10
It-Tieni Qari: Lhud 2:14-18

L-Evanġelju: Lq 2:22-40

Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom, skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej, ‘Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, ikun ikkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej.

Kien hemm f’Ġerusalemm raġel jismu Xmun… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:1-2,8-19
Salm: Lq 1:69-70,71-72,73-75

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”

Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! … Kompli aqra »