Arkivji mensili: Frar 2025

Kumitat ġdid għall-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja (2025-2028)

Il-kumitat il-ġdid tas-CSA mix-xellug għal-lemin: Stephen Cachia, Johann Tabone, Melanie Ungaro, Roberta Mifsud Bonnici, Daniela Demicoli, Patri Clinton Farrugia MSSP, Elton Vella, Sr Marica Briffa, Patri David Cortis OSA.

Waqt il‑laqgħa ġenerali annwali tal‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA), li tirrappreżenta 55 skola tal‑Knisja f’Malta u Għawdex, intagħżlu l‑membri l‑ġodda tal‑kumitat għas‑snin 2025-2028.

Stephen Cachia ġie magħżul bħala l-Koordinatur tal‑Assoċjazzjoni. Patri Clinton Farrugia MSSP intgħażel bħala Deputat Koordinatur, Patri David Cortis OSA bħala Teżorier, Roberta Mifsud Bonnici bħala Segretarju u Melanie Ungaro bħala Viċi Segretarju… Kompli aqra »

Il-Papa jqatta’ lejl ta’ mistrieħ fl-10 jum tiegħu l-isptar

Photo: Jesús Orozco

Fi stqarrija mis-Sala Stampa tas-Santa Sede intqal li l-Papa Franġisku kellu lejl ta’ mistrieħ fl-għaxar jum tiegħu fl-Isptar Ġemelli f’Ruma fejn qed jiġi rikoverat minħabba pulmonite doppja.

Fl-aġġornament mediku ta’ lbieraħ intqal li għadu f’qagħda kritika. L-istqarrija kompliet tgħid li l-Papa qed jirċievi l-ossiġnu artifiċjali u jinsab konxju.

F’komunikat lill-ġurnalisti ġie sostnut li l-kumplessità tal-istat kliniku kif ukoll minħabba stennija meħtieġa għat-terapiji farmakoloġiċi, huwa meħtieġ li l-pronjosi tibqa’ kunfidenzjali… Kompli aqra »

Ngħożżu l-ħajja b’kompassjoni sal-aħħar

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

In the quiet rooms of hospitals and hospice centres, where time seems to stand still, countless people face the heavy burdens of severe illness and the approach of death. These moments are fraught with pain, fear, and sometimes an overwhelming sense of helplessness. It is here, in these tender spaces, that our compassion is needed most through unwavering presence, empathy, and dignified care… Kompli aqra »

Il-Papa lid-djakni: Komplu bil-ferħ u l-imħabba

Archbishop Fisichella celebrates Holy Mass for the Jubilee of Deacons  (VATICAN MEDIA Divisione Foto)

Brothers and sisters, happy Sunday!

This morning, in Saint Peter’s Basilica, the celebration of the Eucharist with the Ordination of some candidates to the diaconate was celebrated. I greet them and the participants in the Jubilee of Deacons, which has taken place in the Vatican in these days; and I thank the Dicasteries for the Clergy and for Evangelization for the preparation of this event… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 1:1-10
Salm: 92 (93):1ab,1ċ-2,5

L-Evanġelju: Mk 9:14-29

F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewmu magħhom. In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu.

U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewmu magħhom?”. U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem… Kompli aqra »

Ix-xewqa ta’ Ġesù għalina: qalbna ħielsa mill-mibegħda – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej, hu u jitlobna forsi l-itqal ħaġa: dik li nħobbu lil min ikun kontrina, jgħinna ftit nifhmu għaliex qed jgħidilna hekk. U jgħallimna li, dak li għandna nagħmlu, meta nagħmluh niftakru: “bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom” (Lq 6:38).

Minn min? Ejjew niftakru x’għallimna hu stess, meta għallimna nitolbu. Fit-talba tal-Missierna li ngħidu f’kull quddiesa, u nirrepetuha diversi drabi, anke matul il-ġurnata: “Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina” (Mt 6:12)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 23 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Frar

Is-Seba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 26:2,7-9,12-13,22-23
Salm: 102 (103):1-2,3-4,8,10,12-13
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:45-49

L-Evanġelju: Lq 6:27-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu… Kompli aqra »

Dixxipli ta’ Ġesù – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja” (Mark 8:34). Dawn it-tlieta jsemmihom Ġesù għal min irid ikun dixxiplu tiegħu. Hu jgħid li min irid jimxi warajh għandu dawn it-tliet għażliet fil-ħajja li huma importanti.

X’jiġifieri “jiċħad lilu nnifsu”? Meta jien niċħad lili nnifsi, x’ifisser? Ġesù mhux qed jgħid li aħna ma għandniex infittxu li nkunu aħjar fil-ħajja, jew li niżviluppaw it-talenti tagħna, jew li anke li nfittxu tassew dak li fil-ħajja jgħinna biex nimxu ’l quddiem… Kompli aqra »