Arkivji mensili: Frar 2025

“Il-Papa stabbli imma fraġli, u jeħtieġ monitoraġġ kontinwu” – tobba

Ġimgħa wara li l-Papa Franġisku ddaħħal l-Isptar Gemelli f’Ruma, it-tim mediku tiegħu pprovda aġġornament dwar il-kundizzjoni tiegħu, u enfasizza li filwaqt li huwa stabbli, is-saħħa tiegħu tibqa’ fraġli u teħtieġ monitoraġġ kontinwu.

It-tabib Sergio Alfieri, Direttur tad-Dipartiment Mediku Kirurġiku fil-Policlinico Gemelli, u t-tabib Luigi Carbone, Deputat Direttur tad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Iġjene tal-Belt tal-Vatikan, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet filwaqt li taw ddettalji dwar il-progress tal-Papa u l-isfidi li potenzjalment ġejjin… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5:1-4
Salm: 22:1-6

L-Evanġelju: Mt 16:13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom, min tgħidu li jien?” staqsiehom.

U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun, bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

Fid-dmugħ tiegħek

Poeżija ta' Patri Mario Attard OFM Cap

Rajtek ħdejn il-bieb biswit il-kappella
F’kuritur mimli b’nies ilkoll għaddejjin,
Fraħna ħafna meta erġajna ltajna
Wara waqfa ta’ tant żmien, it-tnejn sejrin.

Ħelu l-kumment tiegħek li kkummentajtli
Biex nieħu ħsieb dik iż-żaqq li tant tidher,
Kull telespettatur għid li se jaraha
W jien erħili ngħidilhom: “Kemm qed nikber”.

Imbagħad kif id-diskors dar bħaċ-ċirasa
U fettilli nsaqsik dwar l-għeżież tiegħek,
Hemmhekk gelgel minn għajnejk dmugħek ħelu
Kollu mrar, x’toqol kbir qed iġġorr miegħek… Kompli aqra »

Katekeżi tal-Udjenza tal-Papa: Nitgħallmu mill-fidi u t-tama li kellhom il-Maġi f’Ġesù

Image of the statue of St. John Paul II at the Gemelli hospital  (ANSA)

Għeżież ħuti,

Fil-Vanġeli tal-infanzja ta’ Ġesù hemm episodju li nsibuh biss fir-rakkont ta’ Mattew: iż-żjara tal-Maġi. Miġbudin mid-dehra ta’ stilla, li f’ħafna kulturi tbassar it-twelid ta’ persuni eċċezzjonali, xi għorrief jitilqu fi vjaġġ mil-Lvant, bla ma jafu eżattament id-destinazzjoni fejn sejrin. Dawn huma l-Maġi, persuni li ma jagħmlux parti mill-poplu tal-Patt… Kompli aqra »

Is-saħħa tal-Papa sejra għall-aħjar

“The Holy Father‘s clinical condition is showing slight improvement. He has no fever, and his hemodynamic parameters remain stable. This morning, he received the Eucharist and then dedicated himself to work activities.“

This is the communiqué released to journalists by the Holy See Press Office on Thursday evening.

Pope Francis was admitted to Rome’s Agostino Gemelli Hospital on Friday 14 February following a bout of bronchitis… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 11:1-9
Salm: 32 (33):10-11,12-13,14-15

L-Evanġelju: Mk 8:34 – 9:1

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.

Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

Il-Papa kellu lejl mistrieħ u ħa l-kolazzjon fuq il-pultruna

“Pope Francis has had a restful night and this morning, got out of bed and had breakfast in an armchair,” the Holy See Press Office stated in a note to journalists on Thursday morning.

Pope Francis is being treated for double pneumonia at Rome’s Gemelli Hospital.

Wednesday evening, the Holy See Press Office statement noted the Holy Father’s clinical condition “is stable,” and that “the blood tests, evaluated by the medical staff, show a slight improvement, particularly in the inflammatory indices.” 

It noted that after breakfast, the Pope read some newspapers and then went about his work with his closest collaborators, and that before lunch, he received the Eucharist… Kompli aqra »

Ġesù l-ferħan

Kemm hu ferħan! Araha, dejjem daħkana! Dejjem jitbissem! Dawn huma xi ftit mill-kummenti li, int u jien nagħmlu, meta l-Mulej ilaqqagħna ma’ nies li dejjem narahom jidħku u jitbissmu.

Possibbli dawn in-nies problemi m’għandhomx? Jew inkella dawn in-nies, bl-għerf li jagħtihom l-Ispirtu s-Santu, qed jagħrfu li l-ħajja hi misteru u grazzja u mhux problema u diżgrazzja? Għaliex dawn in-nies jibqgħu ferħana, anki meta jgħaddu mill-provi tal-ħajja bħalma ngħaddu int u jien? … Kompli aqra »