Arkivji mensili: Frar 2025

Tmut Sr Rose, waħda mill-fundaturi tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu

"Dejjem żammejt f'qalbi s-saċerdoti" - fl-aħħar intervista tagħha ma' Newsbook Malta

Ritratt: Miguela Xuereb, fiċ-ċirku Qaddejja taċ-Ċenaklu

Tħabbret il-mewt ta’ waħda mill-fundaturi tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu Sr Rose Zammit li kienet laqgħet din is-sejħa biex tinfetaħ id-Dar tal-Kleru u sservi t’għajnuna għas-saċerdoti anzjani.

60 sena ilu hi kienet qalet “iva” u aċċettat din il-missjoni flimkien mal-fundatur Monsinjur Salv. Grima u erba’ Qaddejja Oħra taċ-Ċenaklu.

Hi kienet tat l-aħħar intervista tagħha lil Newsbook Malta meta kien qiegħed iżur din id-dar, is-sena li għaddiet biex ifakkar is-60 anniversarju mit-twaqqif ta’ din id-dar… Kompli aqra »

Għażiż Pawlu

Daqs jumejn ilu Malta u Għawdex, li lanqas int ma ħlomt li kellek tinkalja magħhom, regħdu kullimkien b’sinjal ta’ festa lilek. Il-qniepen tal-knejjes tagħna ma waqfux idoqqu bil-ferħ f’jum il-festa ta’ meta nkaljat ruħek ma’ xtutna.

Pawlu, Pawlu, li l-Mulej biddillek ismek minn Sawlu. Għadni niftakar wieħed mill-Patrijiet tagħna, Alla jaħfirlu, jgħidlek b’dak il-leħen solenni tiegħu: Pawlu Sawlu! Dan ismek li kien iriegħed il-kunvent tal-Furjana fejn kont student għal sitt snin sħaħ… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Kurċifiss Mirakoluż ‘Ta’ Ġieżu’ espost f’Għawdex għall-Ġublew tat-Tama

Djoċesi ta’ Għawdex

Fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama u l-bidu tar-Randan Imqaddes, se jinġieb f’Għawdex il-Kurċifiss Mirakoluż u devot magħruf bħala “Ta’ Ġieżu”, meqjum fil-Knisja Franġiskana ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fil-Belt Valletta.

Bejn il-Ġimgħa s-7 u l-Ħadd 9 ta’ Marzu, il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu se jkun espost għall-qima fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani f’Għajnsielem, fejn fl-ewwel lejl, il-knisja tibqa’ miftuħa għall- adorazzjoni u l-qima tal-fidili.

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Marzu, l-ewwel Ħadd tar-Randan, fl-4pm, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma se jmexxi Pellegrinaġġ Penitenzjali Ġubilari bix-xbieha tal-Kurċifiss Mirakoluż, mill-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova għal quddiem il-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loretu, f’Għajnsielem, li għalih hu mistieden il-poplu kollu ta’ Alla… Kompli aqra »

Tibżax, għax miegħek jien

Il-quddiesa tal-Ġublew tal-Morda u dawk li jikkurawhom u jieħdu ħsiebhom

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“La tibżax, għax miegħek jien! La titħassibx, għax Alla tiegħek jien! Jiena nwettqek, jiena ngħinek; inwieżnek bil-leminija rebbieħa tiegħi!” (Iżaija 41:10)

Dan il-kliem li jgħid il-Mulej, li nsibuh fil-Ktieb tal-Profeta Iżaija, hu l-messaġġ li nixtieq inwassal lil kull wieħed u waħda minnkom hekk kif niċċelebraw il-Ġublew tal-persuni morda, u dawk li jikkurawhom u jieħdu ħsiebhom. Hu kliem ta’ tama, u fi kliem San Pawl: “It-tama ma tqarraqx bina” (Rum 5:5)… Kompli aqra »

X’fettillek Pawl?

Patri Mario Attard OFM Cap

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

X’fettillek Pawl minn fost tant gżejjer
Fettillek taħbat ma’ Gżiritna?
Tgħid biex mas-snin tibqa’ tfakkarna
Fil-wirt għażiż li ħallejtilna?

X’fettillek Pawl tiġi hawn fostna
Meta Kreta kienet l-aqwa tort?
Tgħid biex tiftħilna dawl għajnejna
Li mingħajr Kristu ngħixu fit-tort?

X’fettillek Pawl toqgħod tinqala’
Tissogra ħajtek fuq il-ġifen? … Kompli aqra »

Il-laqgħa ġenerali annwali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija

Bejn is-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta’ Frar, 2025, id-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (SDC) organizzat il-LĠA għas-sena 2025. Matul dawn il-jumejn, ġie diskuss ir-rapport amministrattiv tad-delegazzjoni għas-sena 2024, filwaqt li saret riflessjoni mid-Delegat tas-Superjur Ġenerali, fuq t-triq ’l quddiem fejn jidħol l-appostolat.

Il-Ħadd filgħodu, ġiet iċċelebrata il-quddiesa minn Fr Kevin Schembri, l-Assistant Ekkleżjastiku tas-Soċjetà. Huwa enfasizza kemm il-membri tas-Soċjetà għandhom jagħrfu lis-Sinjur Ġesù mhux biss bħala l-Imgħallem, iżda wkoll, bħala l-Mulej… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ġublew tal-Morda u dawk li jieħdu ħsiebhom, il-Bażilika Kristu Re, Paola – 11 ta’ Frar 2025, 10am

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

It-tama ma tiddiżappuntax imma ssaħħaħna fi żminijiet ta’ prova

Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji tal-Morda

Għeżież ħuti!

Qed niċċelebraw it-33 Jum Dinji tal-Marid fis-Sena tal-Ġublew 2025, li fiha l-Knisja tistedinna biex insiru “pellegrini tat-tama”.  Il-Kelma ta’ Alla takkumpanjana, u toffrielna permezz ta’ San Pawl, messaġġ li jqawwielna ħafna qalbna: “It-tama ma tqarraqx bina” (Rum 5, 5), anzi, tqawwina waqt it-tiġrib.

Dawn huma kliem li jfarrġuna, imma jistgħu jħawdu speċjalment lil min jinsab għaddej minn xi tbatija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »