Arkivji mensili: Marzu 2025

Nagħtu sinjal tal-konsagrazzjoni tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa bil-konsagrazzjoni tal-artal u l-knisja

  Il-Knisja Parrokkjali Marija Immakulata Omm il-Knisja, Tal-Ibraġ

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.” (Apok 21:3)

Ftit tax-xhur ilu ċċelebrajtu u jiena magħkom, l-25 sena mit-twaqqif ta’ din il-komunità Nisranija bħala parroċċa. Illum qed nikkonsagraw dan it-tempju. Hu mument li fih il-Mulej jirrepeti l-kelma għażiża li smajna mill-ktieb tal-Apokolassi. “Ara se nġedded kollox” (Apok 21:5)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Marzu 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 17:20-28
Salm: 31(32):1-2,5,6,7-8

L-Evanġelju: Mk 10:17-27

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. Ġesù qallu: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u ’l ommok”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: għandek il-kuraġġ tħares lejk innifsek u tara x’hemm fil-fond ta’ qalbek?

It-tmien Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

B’mod konkret, Ġesù iħares lejn il-kapaċitajiet tagħna llum u jistedinna biex insaffuhom. Jitkellem fuq il-ħarsa tagħna u fuq il-qalb tagħna. Il-ħarsa tagħna jixtieq isaffiha minn kull għamad. Ħafna drabi ma nibqgħux naraw ċar; il-ħarsa tagħna tiddallam minħabba r-rabja, minħabba l-preġudizzju, minħabba l-għira, minħabba l-ħażen ta’ qalbna. Il-Mulej Ġesù, qed jipprova jgħallimna li l-ħarsa tagħna fuqna nfusna u fuq xulxin ġejja mill-qalb tagħna, u tesprimi min aħna tassew… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 2 ta’ Marzu 2025, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Marzu

It-Tmien Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 27:5-8
Salm: 91(92):2-3,13-14,15-16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:54-58

L-Evanġelju: Lq 6:39-45

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Marzu 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 17:1-13
Salm: 102(103):13-14,15-16,17-18a

L-Evanġelju: Mk 10:13-16

F’dak iż-żmien, ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha”… Kompli aqra »