Yearly Archives: 2025

PFI u Reményhír jikkollaboraw fil-formazzjoni Nisranija

Matul ix-xhur li għaddew, Reményhir, organizzazzjoni Ungeriża dedikata għall-ħidma tal-missjoni, iltaqgħet mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (PFI) biex taqsam l-aħjar prattiki fil-formazzjoni Nisranija tal-adulti. Bi 18-il sena esperjenza fit-taħriġ tal-operaturi pastorali, il-ħaddiema tal-Knisja u l-Insara li qed ifittxu li japprofondixxu l-fidi tagħhom, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali laqa’ din it-talba għall-kollaborazzjoni.

F’Novembru 2024, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ltaqa’ mad-delegazzjoni ta’ Reményhir. Din il-laqgħa wittiet it-triq għall-proġett Erasmus+ li sar mill-20 sat-23 ta’ Jannar 2025… Kompli aqra »

Mons. Victor Grech jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem

Tħabbret il‑mewt ta’ Mons. Victor Grech, li permezz ta’ ħidmietu biddel il‑mod li bih is‑soċjetà Maltija bdiet tħares u taffaċċja kwistjonijiet bħad‑droga, l‑alkoħoliżmu, il‑faqar u l‑inġustizzja soċjali.

Mons. Grech miet illum, l‑Erbgħa, 5 ta’ Frar 2025, fl‑9:58am fl‑Isptar Mater Dei, fl‑età ta’ 95 sena.

F’isem il-Knisja f’Malta, l-Arċisqof Charles Scicluna sellem il-memorja ta’ Mons. Grech bħala “saċerdot u benefattur tan-nazzjon li ddedika ħajtu għal Caritas Malta u sawwar il-missjoni u l-viżjoni tagħha għal għexieren ta’ snin”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nilqgħu l-preżenza ta’ Marija f’ħajjitna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nikkontemplaw il-ġmiel ta’ Ġesù Kristu t-tama tagħna fil-misteru tal-Viżitazzjoni. Il-Verġni Marija żżur lil Santa Eliżabetta; imma hu fuq kollox Ġesù, fil-ġuf ta’ ommu, li jżur lill-poplu tiegħu (ara Lq 1:68), kif jgħid Żakkarija fl-innu tiegħu ta’ tifħir.

Wara li tistagħġeb b’dak li ħabbrilha l-Anġlu, Marija tqum u titlaq fi vjaġġ, bħall-imsejħin kollha tal-Bibbja, għax “l-għemil waħdieni li bih il-bniedem jista’ jikkorrispondi ma’ Alla li jirrivela lilu nnifsu hu dak tad-disponibbiltà bla limiti” (H.U… Kompli aqra »

“Ommi għamlet sena ma tkellimnix għax kont dieħla soru” – Sr Matlene

Il-midja soċjali kapaċi tintuża biex tinżera' ż-żerriegħa tal-fidi

Is-soru Franġiskana tal-Qalb ta’ Ġesù Matlene Hatalan Farrugia stqarret li ommha għall-bidu ma aċċettatx li hi kienet dieħla soru tant li għamlet sena ma tkellimhiex. Spjegat li dan seħħ għax ommha ma setgħetx tifhem x’se jġib miegħu pass bħal dan aktar milli għax hi kienet kontra d-deċiżjoni tagħha.

Waqt il-programm Għal Kulħadd fuq RTK103, Sr Matlene qalet li fi kliem ommha kienet se taħli ħajjitha. Hi kienet l-ewwel waħda fil-familja tagħha li għamlet dan il-pass… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12:4-7,11-15
Salm: 102 (103):1-2,13-14,17-18a

L-Evanġelju: Mark 6:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? … Kompli aqra »

Il-qawwa trasformattiva tal-imħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna llum din il-ġrajja drammatika ta’ Ġesù li jiltaqa’ ma’ dal-bniedem li kien maħkum minn spirti ħżiena. U hawnhekk naraw lil Ġesù: li għandu l-awtorità fuq il-ħażen; li kollu mħabba u ħniena għal min qiegħed ibati; u li jġib bidla bil-qawwa trasformattiva tal-imħabba tiegħu.

Ġesù kien qiegħed in-naħa tal-pagani, fir-reġjun tal-Ġerasin, u hemmhekk ġie fuqu dal-bniedem maħkum minn spirti ħżiena… Kompli aqra »

It-talb tagħkom huwa dak li jżomm il-Knisja waħda, qaddisa, Kattolika – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ġublew tar-Reliġjużi u f'Jum il-Ħajja Kkonsagrata

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ir-rakkont li għadna kemm smajna mill-Vanġelu skont San Luqa jintroduċina ma’ ħames persuni; Marija u Ġużeppi, Xmun u Anna u f’nofshom it-tarbija Ġesù ta’ 40 jum. Huwa t-tifel li llum jiġi ppreżentat lil Alla. Huwa t-tifel li jinħeles mill-mewt bl-offerta ta’ żewġt ibċieċen. Għax il-liġi kienet tgħid li “l-ewwel wild ikun tiegħi u jinfeda bl-offerta tal-fqar.” Biex jinfeda l-ewwel tarbija tifel kien hemm bżonn żewġt ibċieċen jew par gamiem… Kompli aqra »

Bible & Beer b’diskussjoni dwar tmiem il-ħajja

F’Jannar li għadda, l-MSSP Oratory Youths organizzaw attività oħra mis-serje ta’ laqgħat ta’ Bible & Beer, li ġabet udjenza diversa ta’ adulti żgħażagħ interessati li jiddiskutu wieħed mill-aktar suġġetti profondi u ta’ sfida ta’ żmienna: Il-Ħajja u l-Mewt – Il-Knisja u l-Etika. L-attività pprovdiet spazju sigur fejn il-parteċipanti setgħu jesploraw mistoqsijiet etiċi, teoloġiċi u emozzjonali dwar kwistjonijiet ta’ tmiem il-ħajja, taħt il-gwida ta’ panel ta’ esperti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Frar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »