Yearly Archives: 2025

“Ħafna adulti barranin qed ifittxu li jitgħammdu” – Il-Kappillan ta’ Wied il-Għajn

Madwar 1,000 ruħ attendew għall-festa ta’ Santo Niño

Il-Kappillan ta’ Wied il-Għajn Fr Luke Cutajar stqarr li fil-parroċċa tagħhom qed ikun hemm ħafna adulti barranin li qed ifittxu li jiskopru aktar dwar il-fidi tagħhom u jitgħammdu fosthom Ċiniżi, Filippini u Pakistani. Oħrajn jirċievu s-sagrament tal-Griżma f’età kbira.

Hu qal dan meta kien qed jieħu sehem fil-programm What’s On Newsbook li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-bullettin tal-12pm fuq RTK103.

Din kienet is-seba’ darba li ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Santo Niño f’Wied il-Għajn… Kompli aqra »

Seminar għas-Superjuri tal-MUSEUM

Id-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex organizzat seminar ta’ tmiem il-ġimgħa għas-superjuri u l-membri tal-amministrazzjoni fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS. Il-seminar beda l-Ġimgħa 17 u ntemm il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2025.

Fost l-oħrjan, is-seminar inkluda sessjoni mmexija mis-Sa Maria McNamara bit-tema Prinċipji tat-Tmexxija, u sessjoni oħra mis-Superjur Ġenerali dwar il-mexxej li jaqdi. Kien hemm ukoll attivitajiet li permezz tagħhom kompliet tissaħħaħ il-ħbiberija ta’ bejn is-superjuri… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Fejn hemm in-nuqqas, il-Mulej jagħti b’abbundanza

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, happy Sunday!

The Gospel of today’s liturgy (Jn 2:1-11) tells us about Jesus’ first sign, when He turns water into wine during a wedding feast in Cana, in Galilee. It is an account that foreshadows and encapsulates the whole of Jesus’ mission: on the day of the coming of the Messiah – so said the prophets – the Lord will prepare “a feast of … choice wines” (Is 25:6) and “the mountains shall drip with the juice of grapes” (Am 9:13); Jesus is the Bridegroom who brings the “good wine”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5:1-10
Salm: 109 (110):1,2,3,4

L-Evanġelju: Mk 2:18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom mhumiex se jsumu. Imma jasal il-jum meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar… Kompli aqra »

Hospice Malta tiftaħ St Michael Hospice, kumpless ta’ kura palljattiva li jiċċelebra l-ħajja u d-dinjità

St Michael Hospice f’Santa Venera ġie inawgurat illum u permezz tiegħu Hospice Malta se tkun tista’ testendi s‑servizzi palljattivi tagħha għal aktar minn 1,500 pazjent fis‑sena, waqt li tkompli żżomm mal‑valuri fundamentali tagħha tal‑ħajja u d‑dinjità.

Dan huwa pass importanti ħafna għal Hospice Malta, li fetħet il‑bibien tagħha għall‑ewwel darba fl‑1989, u se ttejjeb il‑kura palljattiva f’Malta permezz tas‑servizzi komunitarji estiżi tagħha, faċilitajiet imtejba għal terapija ta’ matul il‑jum u servizzi inpatient, kif ukoll faċilitajiet edukattivi… Kompli aqra »

“Niċċelebraw il-ħajja, mhux il-qtil” – L-Arċisqof fil-ftuħ ta’ St Michael Hospice

Quddiesa fl-inawgurazzjoni ta' St Michael Hospice

  St Michael Hospice, Santa Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta mill-Ewwel Qari tal-Profeta Iżaija, tagħtina t-tema ġenerali tal-Qari tal-lum, it-Tieni Ħadd ta’ żmien ta’ Matul is-Sena. Huwa messaġġ sabiħ f’din l-okkażjoni li qegħdin niċċelebraw illum. Il-Mulej jinsisti li r-relazzjoni tiegħu magħna hija relazzjoni ta’ mħabba. “Bħalma għarus jitgħarras xebba, hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek; u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek” (Iż 62:5). Alla jsemmi u jippreżenta lilu nnifsu bħala l-għarus li jħobb, il-Bennej li jitgħarras mal-binja tiegħu, li hi aħna… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd u l-inawgurazzjoni ta’ St Michael Hospice – 19 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella ta’ St Michael Hospice, Santa Venera

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 62:1-5
Salm: 95:1-2a,2b-3,7-8a,9-10aċ
It-Tieni Qari: 1 Kor 12:4-11

L-Evanġelju: Ġw 2:1-11

F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid”. U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? … Kompli aqra »

Fidi, tama u mħabba – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Merfugħ minn erbgħa min-nies” (Mk 2:3e). Hekk jiddeskrivi San Mark fl-Evanġelju tiegħu lil dan il-mifluġ li ħadu quddiem Ġesù, u jenfasizza li dawn kienu n-nies li ħadu lil dan il-mifluġ għand Ġesù. Nafu li ma setgħux idaħħluh minħabba l-folla, u għalhekk fetħu toqba fis-saqaf u daħħluh minn hemm quddiem Ġesù.

Ħa nħarsu l-ewwel lejn dawn l-erbgħa min-nies. X’jolqotna fihom? … Kompli aqra »