Yearly Archives: 2025

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 1:1-6
Salm: 96 (97):1 u 2b,6 u 7ċ,9

L-Evanġelju: Mk 1:14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »

Il-Mulej jissieħeb magħna biex jerfgħana – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-magħmudija tal-Mulej

  Il-Knisja ta' San Martin ta' Tours, il-Baħrija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Appostlu Missierna San Pawl jiġbor il-festa tal-lum f’dawn l-espressjonijiet li smajna mit-tieni qari fl-ittra tiegħu lil Titu.

“Dehret il-grazzja ta’ Alla” (Titu 2:11); u jerġa’ jirrepeti espressjoni oħra li tixbahha wkoll: “Feġġet it-tjieba ta’ Alla” (Titu 3:4). Ejjew nifhmu li meta San Pawl qed jitkellem fuq il-grazzja ta’ Alla u t-tjieba ta’ Alla; u jgħidilna li din il-grazzja u din it-tjieba, dehret u feġġet – qed jitkellem fuq Ġesù, qed jitkellem fuq persuna… Kompli aqra »

Fik sibt il-għaxqa tiegħi

Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2025

  Il-Konkatdiral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej li qed niċċelebraw illum tgħinna nirriflettu fuq mument profond fil-ħajja ta’ Ġesù – mument li juri l-identità u l-missjoni tiegħu, mibnija fuq l-imħabba u s-servizz. Hi opportunità tajba speċjalment għalikom li qegħdin tħejju biex tidħlu għas-sagrament taż-żwieġ din is-sena. Din il-festa toffri dawl speċjali fuq dan il-vjaġġ li se tibdew, vjaġġ ukoll mibni fuq l-imħabba, l-għotja tagħkom lil xulxin, u l-grazzja divina… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 12 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Knisja ta’ San Martin ta’ Tours, il-Baħrija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Jannar

Qari tal-jum
Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa

L-Ewwel Qari: Is 40:1-5,9-11
Salm: 103 (104):1b-2,3-4,24-25,27-28,29-30
It-Tieni Qari: Titu 2:11-14; 3:4-7

L-Evanġelju: Lq 3:15-16,21-22

F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Jannar 2025, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5:14-21
Salm: 149:1-2,3-4,5 u 6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 3:22-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs.

Ġara mela li d-dixxipli ta’ Ġwanni tlewmu ma’ wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, u ġew għand Ġwanni jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih… Kompli aqra »

Medd idu fuqu – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu” (Lq 5:12). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa fuq dan ir-raġel marid bil-marda tal-lebbra li, bil-ħerqa tiegħu biex Ġesù jfejqu, mar inxteħet wiċċu fl-art quddiemu. U għamillu dit-talba: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni” (Lq 5:12). Ħa nħarsu ftit lejn dar-raġel l-ewwel, u mbagħad lejn Ġesù, għax żgur li hemm ħafna x’nitgħallmu għall-ħajja tagħna.

Dan ir-raġel kellu fidi f’Ġesù… Kompli aqra »