Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 38:1-6,21-22,7-8
Salm:
Is 38:10,11,12abċd,16

L-Evanġelju: Mt 12:1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”.

U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? Jew ma qrajtux fil-Liġi li nhar ta’ Sibt il-qassisin fit-tempju jiksru s-Sibt bla ma jonqsu?

Ngħidilkom li hawnhekk hawn min hu aqwa mit-tempju. Li kieku kontu tafu xi jfissru l-kelmiet, “Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju”, ma kontux tikkundannaw lil min hu bla ħtija. Għax Bin il-bniedem huwa Sid is-Sibt”.

Qaddis tal-jum: San Bonaventura, isqof u duttur tal-Knisja