It-tielet l-episodju ta’ Aħseb u Ara hu dwar l-ambjent u fuq x’għandha tkun ir-relazzjoni tagħna mal-ambjent ta’ madwarna. Fih il-mistienda u l-preżentaturi jiddiskutu għalfejn naraw distakk bejn il-kliem u l-fatti u x’relevanza għandha l-fidi tagħna fuq il-mod ta’ kif nieħdu ħsieb l-ambjent.

🎙️ Mistiedna

Miriam Bonello
John Debattista

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi


Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Dan il-progett hu frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet fl-2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-tagħlim soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, iż-żewġ entitajiet xtaqu li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk iż-żewġ mistiedna huma żgħażagħ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.