• San Luqa 8:19-21
    Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.” Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”

    Qaddisin tal-jum: Sant’Andrija Kim Taegon & San Pawl Chong Hasang u l-Kumpanji, Martri, San Ewstazju u l-Kumpanji, Martri