-
-
“L-Isqof fuq kollox huwa l-ħabib tal-poplu tiegħu. Il-ħabib huwa dak li tista’ tafdah, li jaċċettak kif inti, imma huwa wkoll dak li bl-imħabba tiegħu lejk jgħidlek ukoll dak li hemm bżonn tisma’”. Kliem l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, matul il-preżentazzjoni tal-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’, l-ewwel ktieb bil‑messaġġi u l‑omeliji ta’ Mons. Scicluna. It-temi li jitratta Monsinjur Arċisqof huma ta’ relevenza kbira għas-soċjetà tal-lum. Dawn jinkludu: il‑protezzjoni tal‑ħajja, l‑inklużjoni soċjali, is‑servizz fl‑eżerċizzju tal‑poter, il‑ħarsien tal‑ambjent u s‑Sena tal‑Ħniena. Fl‑omeliji tiegħu, l‑Arċisqof ifakkar, jafferma u joffri t‑tagħlim tal‑Knisja lil kull bniedem ta’ rieda tajba.]
Il-ktieb ta’ 450 paġna jinkludi 48 paġna ta’ ritratti bil-kulur. ‘Kelma ta’ Ħabib’ jista’ jinxtara mill-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21241281 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju, jew ibgħat email fuq [email protected].