Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġożwè 24:14-29
Salm:
15 (16):1-2a u 5,7-8,11

L-Evanġelju: Mt 19:13-15

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”. Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

Qaddis tal-jum: San Ġwann Eudes, presbiteru