Direttur: Gabriel Aghion
Atturi: Josianne Balasko, Nathalie Baye, Maire Gillain, Vincent Elbaz, Claude Gensac, Yves Renier, Said Taghmaoui u Armelle
Ħin tal-Film: 105 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Patsy Stone għandha gilba għax-xorb alkolħoliku waqt li Edina Monsoon hi ossessjonata mill-ħxuna tagħha. Illum it-tnejn waslu għall-eta’ ta’ sittin sena u għadhom iriduha bħala femministi li xejn ma jitkellmu tajjeb fuq ix-xogħol ġeneralment assoċjat għall-mara fosthom it-tisjir u l-kura tat-tfal. Dan il-fenominu kien qawwi ħafna fis-snin sittin u sebgħin u għalihom huwa biss nostalġija. Edina kienet miżżewwġa u saret omm ta’ tifla ħelwa, Bachelor. Issa li tinsab iddivorzjata qegħda tgħix fuq il-ġid ta’ żewġha li kien għadu jgħix magħha u li għadu jgħix perpetawament bħala Chantal Goya. Minnaħa l-ohra Patsy ippreferiet li tibqa’ xebba u independenti, tgħix fil-ġiri ma’ irġiel, jiġi minn jiġi. Kollox kellu jinbidel għal Patsy meta din tiġi akkużata li qatlet lil Kate Moss waqt riċeviment meta tefgħatha fix-xmara Thames. Riżultat dan l-inċident, Patsy u Edina sabu ruħhom fuq il-media kollha, televiżjoni, gazzetti, radju, barra li t-tnejn kienu ippersegwitati kontinwament mill-paparazzi. Ma kellhomx alternativa oħra ħlief jħallu Londra u jmorru jieħdu kenn fir-Riviera Franciża. L-idea tagħhom kienet li jibqgħu jgħixu hemmhekk peramanenti. X’jiġri minn hawn? X’kien ġara minn Kate Moss?
Film Brittaniku, kummiedja, taħt id-direzzjoni ta’ Mandie Fletcher, kitba ta’ Jennifer Saunders, hu msejjes fuq spettaklu televiżiv. Niltaqgħu ma’ żewġ nisa, Patsy u Edina li għalkemm it-tnejn għandhom qrib is-sittin sena, għadhom igħixu ħajja mtajjra, b’moħħhom fuq xallar, f’dinja ta’ moda. Minħabba l-istil ta’ ħajja bla kont, mimlija ċajt goff, xorb bla rażan li ma tantx huma ta’ mudell għaż-żgħażagħ, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax–il sena.