Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2:23 – 3:9
Salm:
33 (34):2-3,16-17,18-19

L-Evanġelju: Lq 17:7-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: ‘Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel?’, jew: ‘Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?’. Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu?

Jekk ukoll intom, meta tagħmlu kulma tkunu ordnati, għidu: ‘Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.’”