Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 1 Slaten 3:4-13
Salm: 118 (119):9,10,11,12,13,14
L-Evanġelju: Mk 6:30-34
F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit.” Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.
Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.
Qaddisin tal-jum: San Bjaġju, isqof u martri, u San Ansgarju, isqof