Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 1 Slaten 11:4-13
Salm: 105 (106):3-4,35-36,37 u 40
L-Evanġelju: Mk 7:24-30
F’dak iż-żmien, Ġesù mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh.
Issa din il-mara kienet Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha. Bdiet mela titolbu biex ikeċċi x-xitan minn ġo bintha. U hu qalilha: “L-ewwel ħa jixbgħu l-ulied, għax mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” Iżda hi weġbitu u qaltlu: “Hekk hu, Mulej; imma taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat-tfal.”
Imbagħad qalilha: “Għal din il-kelma li għedt, mur, ix-xitan ħareġ minn bintek.. U xħin marret id-dar, sabet it-tifla mimduda, u x-xitan kien ħareġ minnha.
Qaddis tal-jum: San Ġilormu, presbiteru u reliġjuż, u Santa Ġużeppina Bakhita, verġni