Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Għam 7:10-17
Salm: 18:8,9,10,11
L-Evanġelju: Mt 9:1-8
F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura.” Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi.”
Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? Għax x’inhu l-eħfef, tgħid: “Dnubietek maħfura”, jew tgħid: “Qum u imxi”? Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art,” qal lill-mifluġ: “Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek.” Dak qam u telaq lejn daru. In-nies, meta raw dan, beżgħu u qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.
Qaddisa tal-jum: Santa Eliżabetta tal-Portugal