• San Ġwann 3:16-21
    Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni,
    biex kull min jemmen fih ma jintilifx,
    iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. 
    Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja,
    imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.
     Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat;
    iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat,
    għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni ta’ Alla. 
    U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja,
    imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl,
    għax  l-għemil tagħhom kien ħażin. 
    Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl,
    u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx.
    Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl,
    biex juri li hemm Alla f’għemilu.”
    Qaddis tal-jum: Beatu Notker, Patri Benedittin