L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed toħroġ id-djarju 2025 li jinkludi paġni għal kull jum u oħrajn għal kull xahar, l-Iskrittura tal-jum, dati tal-festi f’Malta u Għawdex, kuntatt tal-parroċċi u tal-entitajiet tal-Knisja, u talba speċjali għal kull xahar tal-Ġublew tat-Tama li se jiġi ċċelebrat fl-2025. Id-djarju hu bil-Malti.
Din is-sena l-Arċidjoċesi qed toħroġ ukoll notebook, imfassal bil-ħsieb li jista’ jintuża kemm għall-impenji personali kif ukoll għal riflessjonijiet. Permezz tal-format flessibbli tiegħu, huwa ideali għan-noti, ippjanar u kitba kreattiva. In-notebook m’għandux ġranet u dati u b’hekk jista’ jibqa’ jintuża minn sena għal oħra.
Id-dħul mill-bejgħ se jmur għall-ħidma tal-Arċidjoċesi ta’ Malta mal-persuni fil-bżonn.
Dettalji tad-djarju:
- Qoxra iebsa
- 352 paġna
- Qies: A5 (15.2cm x 21.6cm x 2.4cm)
- Paġni biex tippjana x-xahar
- Dati liturġiċi importanti
- Kuntatt tal-parroċċi kollha f’Malta
- Kuntatt tal-entitajiet tal-Knisja
- Kalendarju 2025 u 2026
- Magħmul f’Malta
Dettalji tan-notebook:
- Qoxra ratba b’vers mill-Iskrittura
- 200 paġna
- Qies: 24cm x 17cm
- 150 paġni bil-linji
- 25 paġni bit-tikek
- 25 paġni vojta
- Notebook mingħajr dati – jista’ jintuża s-sena kollha
- Magħmul f’Malta
Ordna d-djarju u n-notebook tiegħek sat-23 ta’ Ottubru 2024
Jiddispjaċina ninfurmawk li m’għadniex naċċettaw ordnijiet għad-djarju 2025.