• ***

    Direttur: Quentin Tarantino

    Atturi: Samuel L. Jackson, Kurt Russell, Jennifer Jason Leigh, Walton Goggins, Demian Bichir, Tim Roth, Michael Madsen u Bruce Dern

    Ħin tal-Film: 167 min

                                                                                                            

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 18

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: AR

    Ftit wara li ntemmet il-gwerra ċivili, il-Maġġur Marquis Warren li kien ifittex nies imfittxija mill-liġi, jinsab iġorr tlieta minn dawn mejtin lejn il-belt ta’ Red Rock, Wyoming. Minħabba li ż-żiemel mietlu fit-triq, Marquis kellu jitlob rikba fuq ‘stagecoach’ misjuq minn O.B. u fih kien hemm John “The Hangman” Ruth li wkoll kellu taħt arrest lil Daisy Domergue, mara maħruba mill-liġi u li issa tinsab fi triqtha lejn Red Rock fejn hemm kienet  qeghda tistennija l-forka. Warren juri lill- Ruth ittra miktuba lilu minn Abraham Lincoln. Fit-triq jiltaqgħu ma’ Chris Mannix fi triqtu lejn Red Rock biex jieħu postu bħala x-xeriff –il ġdid.  Jirnexxielu jipperswadi lil Warren u  lil Ruth biex ituh rikba għax wara kollox kien hu li kien sejjer iħallashom. Meta jaslu fi dwejra jiddeċiedu li jieqfu hemm minħabba li deher li kienet qegħda tersaq tempesta qawwija ta’ borra. Sabu lil Bob, Messikan li jgħidilhom li Mannie,  li kienet tieħu ħsieb id-dwejra, kienet marret tara lill-ommha. Fid-dwejra kien hemm ukoll Oswaldo Mobray, li jintroduċi ruħu bħala l-bojja ġewwa Red Rock, Joe Cage, li kien qiegħed jivvjaġġa għaż-zmien tal Milied biex jara lill-ommu u Samford Smithers li darba kien General fil-Konfederazzjoni. Min kienu dawn fir-realta’ u x’kienu qegħdin jagħmlu hemm? Ruth xejn ma għoġbitu l-qagħda u l-fatt li daħalu dan is-suspett, jiddiżarma lil kulħadd barra lil Warren. Tgħid kellu raġun?    Iktar ma jibda jgħaddi, l-ħin it-tenzjoni tkompli tikber? X’jiġri minn hawn?

    Film Amerikan, taħt id-direzzjoni ta’ Quentin Tarantino li wkoll jikkummenta waqt il-film. L-istorja sseħħ wara l-Gwerra Ċivili Amerikana  u ssegwi tmien  stranġieri li jinsabu jieħdu kenn ġewwa dwejra waqt tempesta qalila ta’ borra. Minħabba t-tema ta’ vendetta, vjolenza qawwija, kliem goff u profann kif ukoll qtil vjolenti u bla ħiena, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar maturi.