• ****

    Direttur: Ron Howard

    Atturi: Chris Hemsworth, Benjamin Walker, Cillian Murphy, Tom Holland, Ben Whishaw u Brendan Gleeson

    Ħin tal-film: 121 min.

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Fis-sena 1850, l-awtur Herman Melville jagħmel żjara lil Thomas Nickerson,  l-uniku baħri li kien għadu ħaj u li salva  fi vjaġġ li vapur tas-sajd għall-balieni: Essex kien għamel u li ntemm b’telf ta’ ħajja u tal-vapur stess. Għal bidu Nickerson ma xtaqx li jgħid dak li kien jaf,  iżda fuq l-insistenza ta’ martu rrevela dak li kien ġara f’dak il-vjaġġ diżastruż. L-istorja teħodna fis-sena 1820  meta kumpanija ta’ vapuri daħlet fin-negozju għal qbid  tal-balieni billi sewwiet il-vapur Essex  għal dan il-għan. Nickerson dak iż-żmien kellu biss erbatax –il sena u ngaġġa bħala cabin boy. Bħala Kaptan,  ġie ngaġġat George Pollard, bniedem ta’ ftit esperjenza fuq il-baħar u biex jgħinu kellu lil Owen Chase, baħri ta’ esperjenza kbira għal dan ix-xogħol. Sfortunatament, Pollard u Chase xejn ma kienu jaqblu. Il-Kaptan kien jgħir għal Chase minħabba li kien bniedem maħbub u ta’ talent kbir u minnaħa  ta’  Chase,  xejn ma kien kuntent  li ma kienx hu li nagħta  l-pożizzjoni ta’  Kaptan. Dan in-nuqqas ta’ qbil,  wassal biex Pollard  ma kienx lest li jieħu l-parir ta’ Chase. B’xorti tajba li l-vapur ma għerieqx meta kellu jiġi wiċċ imbwiċċ ma’ tempesta qalila. Hekk kif ħelsuha minn għarqa ċerta, jirnexxielhom jaqbdu l-ewwel baliena, iżda xejn aktar għal tliet xhur sħaħ. F’port ġewwa Atacames, fl-Ekwador, kaptan Spanjol jirrivela li fil-punent tal-Baħar Paċifiku, madwar 2000 mil il-barra mill-kosta hemm mijiet ta’ balieni iżda wissiehom  li fosthom kien hemm baliena ta’ kobor immens u li kienet attakkat u farrket il-vapur tagħhom. Kienet ix-xorti biss li ma spiċċawx ħażin u salvaw.  X’jiġri meta Pollard u Chase jaqblu li jmorru għalkemm kien hemm dak il-periklu?  

    Film Amerikan, ta’ avventura u drama,  msejjes fuq storja vera mikub minn studjuż tal-istorja Nataniel Philbrick fuq dak li ġara fl-1820 fuq il-vapur tas-sajd għall-balieni: Essex. Herman Melville fl-1851 kien kiteb in-novella klassika Moby Dick. Ir-reġista Ron Howard jerġa’ joffrilna għal fuq il-liżar taċ-ċinema minn għajn wieħed mill-baħrin li kien hemm dak li ġara. Minħabba li hemm xeni ta’ vjolenza u anke xena ta’ kannibalizzmu u suwiċidju, ikun tajjeb, li  l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.