• San Mattew 4:12-17.23-25

     Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,

                            ‘Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,

                            It-triq tal-baħar, art ‘il hemm

                            mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus!

                            Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam

                            ra dawl kbir;

                            dawk li kienu f’art u dell il-mewt

                            idda dawl għalihom.’

     Minn dak iż-żmien Ġesù beda jxandar u jgħid: “Indmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet.” U dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost  il-poplu. Il-fama tiegħu xterdet mas-Sirja kollha, u bdew iġibulu lil kull min kellu xi hemm fuqu, dawk li kienu jbatu b’xi mard jew uġigħ, il-maħkumin mix-xitan, il-morda b’tal-qamar, il-mifluġin, u kien ifejjaqhom. U bdew imorru warajh folol kbar mill-Galilija,  mid-Dekapoli, minn Ġerusalemm u mil-Lhudija, u mill-inħawi ‘l hemm mill-Ġordan.

    Qaddisin tal-jum: Santa Eliżabetta Ann Seton,Fundatriċi u San Gregorju, Isqof