• ****

    Direttur: Peter Sohn

    Ilħna: Raymond Ochoa, Jack Bright, Sam Elliot, Anna Paquin, A. J. Bukley, Jeffrey Wright, Frances McDormand u Steve Zahn

    Ħin tal-film: 100 min

    KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA: PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG

    Miljuni tas-snin ilu, familja ta’ bdiewa dinowsarji għandhom famija ta’ tliet dinowsarji: Libby, Buck u Arlo. Jidħer li l-ewwel tnejn sabu l-ħajja bla ebda diffikulta’ ta’ xejn u malajr qagħdu għall-ħajja tax-xogħol fl-għelieqi li kellha l-familja. Arlo minnaħa l-oħra kien xi ftit jew wisq timidu u kien jibża’ minn dellu. Missieru Henry, biex itiħ xi ftit ta’ kuraġġ poggieħ għassa mas-sajlo tal-qamħirrum u anke għenu biex jpoġġi nasses biex jinqabdu barranin li jippruvaw jisirqu minn dan is-sajlo. Jum wieħed, in-nassa  taqbad tifel żgħir  iżda Arlo ma kellux kuraġġ li joqtlu u dan it-tifel jaħrab.  Henry diżappuntant iġieħel lil Arlo biex flimkien miegħu mmorru jippruvaw jaqbdu lit-tifel iżda fil-proċess, wara xita qalila, Henry jitlef ħajtu qabel iżda rrnexxielu ssalva lil Arlo. Arlo ssib ruħu issa f’qagħda li jgħin lil ommu fuq ix-xogħol tal-għalqa. Jum wieħed jerġa’ jidher it-tifel u din id-darba  ssibu fis-sajlo. B’rabja kbira, Arlo jiġri warajh iżda sfortunatament,  it-tnejn isibu ruħhom fix-xmara u Arlo jispiċċa jitlef sensih. Meta jerġa’ jiġi f’sensih, Arlo ssib li kien jinsab ħafna ’l boghod mid-dar u għalhekk jkollu jibda jfendi għar-rasu. Iżda Arlo ma jispiċċax waħdu għaliex it-tifel  jibda jieħu ħsieb. Minn hawn jgħaddu minn ħafna  avventuri fejn jiltaqgħu ma’ kull saram li wieħed jista’ jimmaġina. Tgħid Arlo jirnexxielu jerġa jiltaqa’ mal-familja tiegħu u x’jiġri  mit-tifel?

    Film Amerikan bi 3D, animat u kompjuterizzat b’sengħa kbira, hu prodott ta’ Pixar Animation Studios taħt id-direzzjoni ta’ Peter Sohn. Film b’messaġġ pożittiv u li għandu jogħġob kemm lill-kbar kif ukoll lit-tfal, ilaqqagħana ma’ Arlo, dinowsur żgħir li jgħaddi minn avventura wara l-oħra hekk kif isib ruħu mitluf. B’xorti tajba jiltaqa’ ma’ tifel żgħir li wkoll kien jidher mitluf. Minħabba xi xeni tal-biża’ ikun tajjeb li t-tfal ikunu akkompanjati minn xi adult.