Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 10:8-11
Salm:
118 (119):14,24,72,103,111,131

L-Evanġelju: Lq 19:45-48

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin.” U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu.

Qaddisa tal-jum: Santa Ċeċilja, verġni u martri