Id-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex organizzat seminar ta’ tmiem il-ġimgħa għas-superjuri u l-membri tal-amministrazzjoni fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS. Il-seminar beda l-Ġimgħa 17 u ntemm il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2025.

Fost l-oħrjan, is-seminar inkluda sessjoni mmexija mis-Sa Maria McNamara bit-tema Prinċipji tat-Tmexxija, u sessjoni oħra mis-Superjur Ġenerali dwar il-mexxej li jaqdi. Kien hemm ukoll attivitajiet li permezz tagħhom kompliet tissaħħaħ il-ħbiberija ta’ bejn is-superjuri. Matul dan is-seminar is-superjuri kellhom l-opporunità li jiddiskutu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fi gruppi, flimkien ma’ mumenti sbieħ ta’ talb u rikreazzjoni.