Mill-Ġimgħa, 24 ta’ Jannar, sal-Ħadd, 26 ta’ Jannar, 2025, ħdax-il pre-kandidat attendew għal seminar f’Dar Betsajda. Is-seminar, bit-titlu LinkedIn, kien jinkludi diversi attivitajiet maħsuba biex jgħinu lill-parteċipanti japprofondixxu l-għarfien tagħhom infushom, isiru jafu aktar lil xulxin, u jikkollaboraw flimkien bħala grupp.

Il-programm kien fih ukoll mumenti ta’ talb u rikreazzjoni, li trawwem sens qawwi ta’ komunità fi ħdan dan il-grupp, li dan l-aħħar beda jinġabar darbtejn fix-xahar għall-programm ta’ formazzjoni tagħhom.

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org