-
-
San Mattew 5:1-12Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ‘l Alla.Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla.Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.Henjin intom, meta jgħajjrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom.”
Qaddis tal-jum: San Medardu, Isqof
-
-