• ***

    Direttur: Julius Avery

    Atturi: Ewan McGregor, Brenton Thwaites, Alicia Vikander, Jacek Koma, Matt Nable, Tom Budge u Nash Edgerton

    Ħin tal-film: 109 min.

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Il-ħajja fid-dinja ta’ kriminalita`,  ssir bħal logħba taċ-ċess. Biex tkun tista’ tieħu l-kontrol f’idejk, ikun hemm bżonn li tilgħab xi mossa jew tnejn qabel l-avversarju tiegħek. Jekk titlef dan il-kontrol, ikun ifisser riskju kbir għalik li ssir pupu f’idejn ħaddieħor. L-istorja tal-film tlaqqaghna ma’ JR, kriminal żagħżugh li jkun qiegħed jiskonta sitt xhur pruġunerija f’ħabs fil-punent tal-Awtralja. JR jagħmel ħbieb  ma’ Brendan Lynch, bniedem enigmatiku. Dan jagħmlu biex b’hekk ikun protett minn ħabsin oħra. Hekk kif wasal biex itemm iż-żmien tiegħu fil-habs,  JR jikkonċedi li jgħin lil Brendan joħroġ mill-ħabs. Dan jagħmlu billi jagħmel kuntatt ma’ Sam Kenno, bniedem ta’ influenza kbira, Josh, in-neputi ta’ Brendan u Tash, tfajla misterjuża  li kienet ġejja mill-Ewropa tal-Lvant. Wara li jixtru għadd kbir ta’ azzarini u provisti  mingħand Wilson, JR jieħu sehem fil-ħarba spettakulari mill-ħabs ta’ Brendan u sħabu Sterlo u Merv. Tas-sehem tiegħu, JR isib ruħhu jagħmel parti minn dan il-gang ta’ kriminali li kienu lesti għal kollox. JR beda jirrealizza li bis-sehem tiegħu jista’ jsir sinjur kbir u hekk jissodisfa x-xewqat tiegħu kollha.  Fi ftit żmien. JR jidħol b’ruħhu u ġismu fil-ħajja tal-kriminalita` li Brendan daħħlu fiha. JR ma jirrealizzax liema logħba kien qiegħed jilgħab u ta’ min. Il-fatt li hu xtaq ħafna li Tasha isir tħobbu, iżda din it-tfajla kienet taħt il-ħarsien u l-kontroll ta’ Sam Lennox li ma kienx lest li jħalli lil xi ħadd jisraqilhu. JR kien jittama li jasal dak il-jum li jikkonvinċi lil Tasha biex tinħeles minn idejn Sam.  Bil-mod il-mod, JR jibda jirnexxielu u Tasha tibda tieħu nteress iktar fih. Iżda sakemm?  Brendan  jipperswadi lil JR u sħabu biex jagħmlu  serqa kbira f’barriera tad-deheb ġewwa Kalgoolie. Tgħid  jirnexxi l-pjan tagħhom?

    Film eċċitanti Awstaljan, kitba u direzzjoni ta’ Julius Avery, ilaqqagħna ma’ JR, ġuvni ta’ dsatax –il sena. Wara li jiskonta sitt xhur ħabs fejn isir ħabib ma’  Brendan Lynch, kriminal magħruf,  biex ipatti għal protezzjoni li Brendan kien tah,  jindieħes mal-gang  ta’  Brendan u jieħu sehem fil-pjani vjolenti kriminali, li Brendan kien ħejja. Minħabba l-vjolenza bla rażan, kliem ħażin u qtil, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.