• ****
    Direttur: James Marsh
    Atturi: Eddy Redmayne, Felicity Jones, David Thewlis

    Ħin: 123 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Fl-1963 Stephen Hawking ta’ 22 sena jkun student brillanti fl-universita’ ta’ Cambridge, għadu inċert f’liema qasam irid jispeċjaliżża. Huwa twil, irqiq u ta’ dehra goffa u xi ftit żgarbat, iżda dan ma’ jwaqqfux milli jibni relazzjoni ma Jane, studenta attraenti ta’ l-arti. Hekk kif it-tnejn li huma jsiru jħobbu lil xulxin u Hawking jibda juri interess qawwi fli jistudja l-oriġini ta’ l-universe, isir jaf li qed isofri minn kundizzjoni msejħa ALS (Lou Gehrig’s Disease); moħħu se jibqa’ ċar imma l-kontroll tiegħu fuq ġismhu se jiddeterjora. It-tobba jagħtuh sentejn oħra ħajja. Hawkings jaqa’ f’dipressjoni u tkun Jane li tinkoraġġih biex ikompli jgħix. Hawking u Jane jiżżewġu u jkollhom tlett itfal. Hawking jispiċċa f’wheelchair u anke jitlef il-vuċi tiegħu. Maż-żmien Jane tgħejja tieħu ħsieb Hawking u t-tfal  u tfittex l-għajnuna ta’ oħrajn, fosthom nurse full-time li eventwalment issir it-tieni mara tiegħu wara li jissepara minn ma Jane.
     
    Film drammatiku u bijografiku, ibbażat fuq il-ktieb ta’ Jane Hawking: “Travelling to Infinity: My Life with Stephen”. Film dwar il-ħajja tax-xjenzat famuż tal-fiżika, Stephen Hawking mill-lenti ta’ l-ex mara tiegħu, Jane. Film li juri l-isforzi kbar psikoloġiċi u emozzjonali li Jane għaddiet minnhom fil-ħajja tagħha ma Hawking, imma li fl-istess waqt juri wkoll l-intelliġenza u l-kuraġġ ta’ Hawking. Fih xi kliem ħażin u doppju sens u temi adulti. Jgħodd għal dawk ‘l fuq minn 15 il-sena.