• ***

    Direttur: Rob Marshall
    Atturi: Meryl Streep, Emily Blunt, James Corden, Anna Kendrick, Chris Pine, Tracey Ullman, Christine Baranski u Johnny Depp
    Ħin tal-Film:    124 min.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klasifika tal-Knisja: 12A
     
    Furnar u martu xtaqu ħafna li jkollhom tarbija iżda sfortunatament kienu jinsabu taħt saħer li ġiet mqegħda fuq il-familja Baker mis-Saħħara wara li missier il-furnar, tant żmien ilu,  kien inqabad jisraq mill-ġnien tas-saħħara meta l-mara kienet tqila. Is-Saħħara toffri li tneħħi s-seħer,  basta l-furnar u martu jirnexxielhom jakkwistaw erba’ oġġetti: baqra bajda daqs il-ħalib, kappa ħamra daqs id-demm, xagħar isfar daqs il-qamħirrum u papoċċ kulur id-deheb. Fit-tfittxija li l-furnar u martu bdew biex isibu dawn l-oġġetti, jagħmlu kuntattt, il-furnar jiltaqa’  ma’ Jack li kien qiegħed jipprova jbiegħ il-baqra bajda li kellu.

    ​ Il-furnar għal baqra ttih ħames fażoliet  li jekk wieħed jiżragħhom,  jikbru f’siġra kbira. Il-furnar jiltaqa’  jiltaqa’ ukoll ma’ Red Riding Hood,  libsa kappa ħamra  daqs id-demm, hekk kif din kienet sejra tixtri ftit ħelu. Minnaħa l-oħra, mart il-furnar issib ruħha ħdejn torri u hemm tara lil Rapunzell, it-tifla adottata tas-Saħħara, b’xagħar twil kulur isfar u anke tiltaqa’ ma’ Cindirella hekk kif din kienet qegħda taħrab mill-prinċep li kien qiegħed jiġri warajjah, libsa papoċċ kulur id-deheb. Kif sejrin il-furnar  u martu jakkwistaw dawn l-erba’ oġġetti u b’hekk is-seħer li kienet għamlet is-Saħħara, tispiċċa fix-xejn u huma jkunu jistgħu ikollhom it-tfal. Tgħid  jirnexxielhom? Il-film hu sensiela ta’ avventuri li dawn it-tnejn igħaddu minnhom.
    Film Amerikan, fantasija mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Rob Marshall u adattament għall-liżar taċ-ċinema minn James Lapine. Il-film ighaqqad flimkien numru ta’ leġġendi magħrufa, fosthom Cindirella, Little Red Riding Hood u Jack u l-fuliet maġiki. Il-film joffri numru ta’ temi li jitolbu dixxerniment matur kif ukoll xi vjolenza u trattament goff minn omm lejn binha. Tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena, iżda tfal akkompanjati minn xi adult jistgħu jarawh.