• ****

    Direttur: Mike Leigh
    Atturi: Timothy Spall, Dorothy Atkinson, Marion Bailey, Paul Jesson
    Ħin: 149 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Fl-1826 il-pittur famuż Ingliż Joseph Mallord William Turner kellu 51 sena u jkun qed isir dejjem aktar populari bħala  pittur. Huwa jpinġi l-aktar fl-istudio li jkollu fid-dar tiegħu f’Londra, fejn jgħix ma’ missierhu William Sr., u ma Hannah li teħdilhom ħsieb id-dar. Il-film jiddokumenta l-ħajja tiegħu fil-bqija tal-25 sena ta’ wara, sa mewtu fl-1851. Huwa magħruf bħala l-pittur tad-dawl. Bil-pitturi tiegħu, l-aktar ta’ pajsaġġi tal-kampanja, kien joħloq ħafna kontroversji, b’xi wħud jammirrawh ħafna u oħrajn jikkritikawh bl-aħrax, iżda kien jinjora lil kritiċi tiegħu. Kien iħobb in-nisa u jkollu żewġt itfal minn Mrs Danby iżda ma jirrikonoxxihomx. Aktar tard jmur joqgħod f’dar oħra f’Margate fejn sid il-kera, l-armla Sophia Booth, tkun dħulija ħafna u Turner jibni relazzjoni magħha. L-istramberiji tiegħu, iżda, spiċċaw biex iwaqqawh għaż-żuffjet fis-soċjeta’ ingliża, għalkemm hu jibqa’ jaħsad in-nies bil-pitturi tiegħu.
     
    Film li jiddokumenta l-aħħar 25 sena tal-ħajja tal-pittur ċelebri Ingliż Turner. Huwa film interessanti, mimli umoriżmu u onesta’ sardonika. Timothy Spall jaqla’ l-parti ta’ Turner b’mod eċċellenti, u l-atturi l-oħra wkoll jaħdmu l-parti tagħhom b’mod tajjeb ħafna, b’mertu b’mod speċjali għad-direzzjoni ta’ Mike Leigh.  Il-film fih xi kliem ħażin u xeni sesswali. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.