• Direttur:          Bryan Singer
    Atturi:             Hugh Jackman, James McAvoy, Michael Fassbender, Jennifer Lawrence, Halle Berry, Anna Paquin, Ellen Page u Peter Dinklage
    Ħin tal-Film:    131 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12  

    Il-film jeħodna fil-futur qarib, 2023, il-mutanti kienu qegħdin jiġu ikkaċċjati għal qerda mis- Sentinelli. Ġewwa Moska, Warpath, Blink, Colossus, Sunspot u Iceman jinqatlu mis-Sentinelli iżda Bishop u Shadowcat jiġu  trasportati għal żmien bikri. Il-Professur X, Magneto, Wolverine u Storm jaslu u hemm isibu li l-mutanti kienu staħbew fil-Mongolia fejn kienu qegħdin jittamaw li jibgħatu lil Professur X lura fis-sena 1973 biex iwaqqaf lil Mystique milli joqtol lil Bolovar Trask, il-persuna li kien strumentali li jibda l-programm Sentinel. Iżda jkun Wolverine li joffri s-servizzi tiegħu li jmur lura fis-sena 1973 minħabba l-fatt li kellu l- qawwa li jiġġenera ruħhu, dan ukoll minħabba li l-Professur X ma kienx f’qagħda li jmur lura sekli. Sadanittant, il-mutanti magħrufa  bħala X-Men, imorru jistaħbew ġewwa monasteru waqt li Wolverine jintbagħat fil-passat minn Shadowcat. Wolverine  jistenbaħ fis-sena 1973 u b’xi mod jew ieħor jasal ġewwa dar kbira imponenti u hemm jiltaqa’ ma’ Hank McCoy, f’laqgħa xejn kordjali. Wolverine jirnexxielu  fl-aħħar jara lil Charles u jikkonvinċih biex jeħles lil Erik mill-ħabs wara li dan kien qatel lil President John F. Kennedy. It-tlieta li huma jagħmlu żjara fid-dar ta’ Peter Maximoff u jitolbuh li jgħinhom. Sadanittant, Trask jitlob somma akbar biex ikun jista’ jkabbar il-progrmm  li kien fassal tas-Sentinelli. Din it-talba iżda tiġi miċhuda. Ġewwa Saigon, Mystique jsalva lil Havok, Ink, Toad u Spyke. Fil-Pentagon, Charles, Wolverine, Quicksilver u Hank jidħlu bil-ħabs u jeħilsu lil Erik. Fuq ajruplanm privat, Charles u Erik jitlewmu bis-serjetà,  it-tnejn jakkużaw lil xulxin li ttradew lil xulxin. X’jiġri minn hawn? Tgħid Trask jirnexxielu jkabbar il-programm Sentinelli. Xi tkun ir-reazzjoni tal-X-Men?

    Film bi 3D, maħdum tajjeb ħafna iżda b’kumplott komplikat ħafna li wieħed irid jikkonċentra kontinwament biex jipprova jifhem x’qiegħed jiġri. Minħabba l-istorja komplikata tal-film stess kif ukoll vjolenza, tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax–il sena.