• Divergent

  • ***

    Direttur:          Neil Burger
    Atturi:             Shailene Woodley, Theo James, Miles Teller
    Ħin:                 140 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A
     
    F’Chicago madwar mitt sena wara ‘il-gwerra’ hemm ħerba kbira għalkemm il-bini għoli tagħha għadu hemm minkejja li l-għola bini saritlu ħsara kbira. Madwar il-belt ittella’ ħajt kbir biex ma’ jitħalliex jidħol ġa fiha minn joqgħod il-barra minnha, iżda forsi wkoll biex dawk ta’ ġo fiha ma’ jitħallewx joħorġu. Biex tinżamm il-paċi n-nies ta’ Chicago tqassmu f’ħames gruppi skond il-ħiliet u l-attitudni tagħhom, kull grupp jirrappreżenta virtu’ differenti: ‘Candor’ (onesta’), ‘Amity’ (paċi), ‘Erudite’ (għerf), ‘Dauntless’ (kuraġġ), u ‘Abnegation’ (mhux egoist). Dawk li ma’ jikkwalifikawx għal xi wieħed minn dawn il-gruppi huwa msejħin ‘Divergent’; dawn huma meqjusin bħala  perikolużi u jiġu eliminati. Il-familja ta’ Beatrice Prior tagħmel parti mill-grupp ‘Abnegation’ u missierha, Andrew, huwa uffiċċjal tal-gvern. Meta t-tfal jagħlqu sittax il-sena jridu jagħżlu f’liema grupp se jkunu billi joqgħodu għal test. Meta Beatrice tagħmel dan it-test jirriżulta li tkun ‘Divergent’. Biex tipproteġi lil familja tagħha hija tiddeċiedi li tingħaqad mal-grupp ‘Dauntless’ u tieħu l-isem ta’ Tris. Hija tittieħed għal taħriġ iebes biex tkun tista’ tingħaqad mal-grupp ġdid tagħha. Hija tagħmel ħbieb ma’ Four u Christina filwaqt li Peter u Eric isiru għedewwa tagħha. Hija ssir tħobb lil Four, filwaqt li l-kap tal-grupp ‘Erudite’ iżomm għajnejh fuqha. Filwaqt li Tris tagħmel ħilitha biex taħbi l-vera attitudni tagħha tiġi mdeffsa fir-revoluzzjoni mmexxija mill-‘Erudites’.
     
    Film ta’ fantaxjenza u avventura bbażat fuq ir-rumanz bl-istess isem ta’ Veronica Roth. Film interessanti u li b’xi mod jixbah lil “The Hunger Games”, fejn għandek tfajla kuraġġuża li jkollha tinfired mill-familja tagħha iżda mbagħad tkun magħżula biex issalva l-pajjiżha minn dittatorjat. L-atturi prinċipali m’humiex magħrufin ħafna iżda jaħdmu l-parti tagħhom tajjeb ħafna, filwaqt li l-atturi ta’ isem għandhom parti sekondarja. Il-film fih xi kontenut sesswali  u xeni ta’ vjolenza qawwija. Tfal taħt it-12 il-sena għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.