-
Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Ottubru
-
Luqa 13,18-21
Mela qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar ta’ l-ajru marru jbejjtu fil-friegħi tagħha.” U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? Tixbah lil ftit ħmira li waħda mara qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sakemm għoliet l-għaġna kollha.”
Il-Qaddisin tal-jum: Il-Beatu Mikiel Rua