• In-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, Solennità
    Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: Għerf 14, 3-7
    Salm: 106, 21-31
    It-Tieni Qari: Atti 27, 16 – 28, 6

    L-Evanġelju: Mark 16, 15-20

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax: Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

    U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla. Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.