John 17, 1-11

After saying this, Jesus raised his eyes to heaven and said: Father, the hour has come: glorify your Son so that your Son may glorify you; so that, just as you have given him power over all humanity, he may give eternal life to all those you have entrusted to him. And eternal life is this: to know you, the only true God, and Jesus Christ whom you have sent. I have glorified you on earth by finishing the work that you gave me to do. Now, Father, glorify me with that glory I had with you before ever the world existed. I have revealed your name to those whom you took from the world to give me. They were yours and you gave them to me, and they have kept your word. Now at last they have recognised that all you have given me comes from you for I have given them the teaching you gave to me, and they have indeed accepted it and know for certain that I came from you, and have believed that it was you who sent me. It is for them that I pray. I am not praying for the world but for those you have given me, because they belong to you. All I have is yours and all you have is mine, and in them I am glorified. I am no longer in the world, but they are in the world, and I am coming to you. Holy Father, keep those you have given me true to your name, so that they may be one like us.

The Saint of the day: St Robert of Newminister


Gwann 17, 1-11

Wara li qal dan, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu. Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt. Jien igglorifikajt lilek fuq l-art billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel. U issa, Missier, igglorifika lili għandek, bil-glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja. “Jiena għarraft ismek lill-bnedmin li inti tajtni mid-dinja. Kienu tiegħek, u inti tajthom lili, u huma ħarsu kelmtek. Issa jafu li dak kollu li tajtni ġej minnek; għaliex il-kliem li int tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqgħuh u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u emmnu li inti bgħattni. Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni, għaliex huma tiegħek,  u dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek huwa tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom. U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna.

Il-Qaddis tal-jum: San Robert ta’ Newminister