Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Il-Magħmudija tal-Mulej

Mattew 3,13-17

Mbagħad ġie Ġesù mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu. Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?” Ġesù qallu: “Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu.” Mbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed. Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala’ mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu. U mis-smewwiet instama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni  l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi.”