Mbagħad daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ‘l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub, ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin! U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu.
Il-Qaddis tal-Jum: Santa Matilde ta’ Hackeborn