Wasal qrib il-belt u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “M’hux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk! Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawwruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek !”
Il-Qaddis tal-Jum: Dedikazzjoni tal-Bażiliki San Pietru u San Pawl f’Ruma – Santa Rosa Phillipine Duchesne