Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni ricenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Luke 17, 11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, ltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ‘l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna?” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.” U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom. Wieħed minnhom, kif ra ruħu mfejjaq, raġa’ lura jgħajjat u jfaħħar lil Alla, nxteħet wiċċu fl-art f’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr. Issa dan kien Samaritan. U Ġesù qabad u qal: “M’hux l-għaxra fiequ mil-lebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra? Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani?” Mbagħad qallu: “Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek.”