-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Iż 41, 13-20
Salm: 144 (145), 1 u 9. 10-11.12-13abL-Evanġelju: Mattew 11, 11-15
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.
Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni, dan hu Elija li għandu jiġi. Min għandu widnejn ħa jisma’!”.
Qaddisa tal-jum: Santa Luċija, Verġni u Martri