-
-
“Illum għandna bżonn il‑vuċi profetika tas‑solidarjetà: solidarjetà bejn l‑istati differenti u bejn il‑ġnus; solidarjetà fil‑politika soċjali interna tal‑istat; u solidarjetà interġenerazzjonali, jiġifieri s-solidarjetà bejn il‑ġenerazzjonijiet.” Dan kien l-appell li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-omelija tal-Quddiesa Pontifikali fil-festa nazzjonali ta’ Jum l-Indipendenza.
L-Arċisqof fisser kif meta nitkellmu dwar il‑ħtieġa tas‑solidarjetà nifhmu li qegħdin nimpenjaw ruħna li nuru solidarjetà ma’ min qiegħed fi bżonn urġenti ta’ għajnuna għaliex qiegħed jaħrab minn ambjent kiefer ta’ disprezz vjolenti tad‑dinjità tal‑bniedem; qiegħed jaħrab minn destin aħrax ta’ skajvitù, u saħansitra tortura u mewt.
Dwar is-solidarjetà bejn il‑ġenerazzjonijiet, Mons. Arċisqof qal li “kull deċiżjoni li nieħdu llum se taffettwa l‑kwalità tal‑ħajja tagħna iżda wkoll ser taffettwa, għall‑ġid jew għad‑deni, il‑kwalità tal‑ħajja tal‑ġenerazzjonijiet futuri. Magħhom ukoll għandna d‑dover u l‑opportunità nuru solidarjetà.”
Agħfas
hawn biex taqra t-test sħiħtal –omelija tal -Arċisqof.6