-
-
Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri – Tifkira
San Ġwann 19:25-27
Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.
Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.”
U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.